Posts

KAPITLU 5 – KONSEGWENZI NATURALI (L-Ewwel Parti)

KAPITLU 5 – KONSEGWENZI NATURALI (L-Ewwel Parti) Diversi ġranet wara t-taqlib emozzjonali li ġabet magħha l-istqarrija ta’ Liana, Reinon kien għadu ma jistax jemmen li l-mara li ħadet ħsiebu tul ħajtu kollha ma kinitx tassew ommu. B’ dan ma kienx ifisser li kellu għalfejn jabbandunaha jew jaċċetta lil Franska bħala ommu minflok, iktar u iktar l-għaliex ma xtaqx ikun assoċjat ma’ nisel definit mill-użu tal-maġija sewda. Missieru kien għadu ħaj, x’ imkien mhux magħruf. Reinon kellu kurżita’ kbira fejn kien jinsab, u Franska wkoll kienet qiegħda tfittxu – forsi l-unika ħaġa komuni magħha li seta’ jaċċetta li jkollu. F’ dawn l-aħħar jiem, Reinon kien terraq lejn Burgo biex ilesti ruħu għall-mawra sa’ Luq’Alfar. Xtara żiemel sewdieni li għammed bħala Luzju, armatura ħafifa tal-ġild skur, diversi skieken tat-tfigħ (u qatta’ naqra ħin jitħarreġ kif iwaddabhom) u saħansitra sab lil min jgħallmu kif jiġġieled bis-skieken u l-istalletti. Wara ftit insistenza (u tixħim), dan l-għalliem urieh ukol...

KAPITLU 4 – RIVELAZZJONIJIET MHUX MISTENNIJA (It-Tieni Parti)

KAPITLU 4 – RIVELAZZJONIJIET MHUX MISTENNIJA (It-Tieni Parti) Wieqaf fid-daħla tal-ħanut, Reinon inzerta lil Rowna tissara ma’ forn li kien maħkum min-nirien. Maġenb il-forn, żewġ tilari mimlijin ħbejżiet suwed kienu jispjegaw x’ ġara. Il-ħaġa stramba kienet li Rowna ġiet mgħallma sew minn Vestru u kienet ilha snin tagħmel dan ix-xogħol, u bħalissa ma kienx hemm xi bżonn qawwi ta’ tħabrik minħabba li l-bejgħ kien naqas. Tgħid żball ġenwin b’ nuqqas t’ attenzjoni? Kien x’ kien, ħobż maħruq mhux tajjeb biex jittiekel u allura ħabat tajjeb – kien hemm inqas ċans li tinxtered il-marda. Il-ħaġa iktar stramba kienet li Rowna għal mument għamlet mossa b’ idejha qisha ħa tagħti daqqa ta’ ħarta lill-forn, u oħroġ il-għaġeb in-nirien waqfu sobtu. “Naħseb irnexxielek tbeżżgħu lill-forn”, iċċajta Reinon hu u riesaq lejha. Rowna nħasdet u wiċċha sar lewn xagħarha – bdiet iddur f’ kull direzzjoni qisha nqabdet tagħmel xi ħaġa li mhux suppost. Eventwalment moħħha rreġistra li dak li kellimha ma kien ...

KAPITLU 4 – RIVELAZZJONIJIET MHUX MISTENNIJA (L-Ewwel Parti)

KAPITLU 4 – RIVELAZZJONIJIET MHUX MISTENNIJA (L-Ewwel Parti) “Wasalna, żagħżugħ!” Mixħut għal tulu fuq il-karru tal-provisti, Reinon tħarrek min-nagħsa li tħeddel fiha matul il-vjaġġ, qam kokka u tfarfar mil-laqx tat-tiben li kien qabad ma’ ħwejġu sakemm kien mimdud. Id-dehra familjari tax-xatba prinċipali fil-fortifikazzjoni miżera ta’ Marassa kienet riesqa dejjem viċin. Bla ma ta ċans lill-karru jieqaf, qabeż minn fuqu għal mal-art u beda miexi lejn id-dar. Lill-kuċċier kien diġa’ ħallsu ċipp tad-deheb meta kienu Kalgaar, biex jagħmel ftit arja li issa kellu sitwazzjoni finanzjarja f’ postha. Matul it-triq innota tinda bajdanija viċin il-pjazza tal-villaġġ, u deher li madwarha kien hemm xi ftit kommossjoni. Aktar ma jersaq viċin aktar beda jirreġistra dettalji, bħal sodod u mtieraħ bin-nies fuqhom, iktar nies iduru madwarhom, għajat, krib u tnehid ta’ uġigħ, u l-aħħar u mhux l-inqas, ommu tagħqad u ddur bejn pazjent u ieħor qisha naħla fuq il-fjuri. Mar minnufih fuqha jistaqsi x’ kie...

KAPITLU 3 – SIGRIETI FAMILJARI (It-Tielet Parti)

KAPITLU 3 - SIGRIETI FAMILJARI (It-Tielet Parti) “Mhux lakemm ninsa; taf biżżejjed minn xiex kellna ngħaddu minħabba missieri għax ma ridnix inkun ma’ Nofsi, imbagħad inti tajtu raġun meta berbaqt kollox fuq ħolma fiergħa. Elf priedka għamilli fuq kemm kien jaf x’ inhu jgħid u kif hu biss jaf x’ inhu l-aħjar għalija – minħabba fik lanqas stajt noħroġ ma’ xi ħadd ieħor maż-żmien għax spiċċa ma japprova minn ħadd!” irribattiet Samza. Majsu nduna li bil-kliem ma tantx kien ser jasal, allura ipprova bil-lingwa l-oħra li kienet titkellem hija; il-ġojjellerija. Ħareġ iċ-ċurkett li kien tah Reinon u żammu fuq rasu biex tarah sewwa. Min-naħa tiegħu Reinon xamm li kien imiss lilu joħroġ il-ġiżirana biex isaħħaħ l-argument ta’ Majsu. Samza bilkemm ikkalkulat lil Majsu għax malli Reinon ipproduċa l-ġiżirana, għajnejha taru għal fuqha kemmxejn impressjonata. Marret dritt quddiem Reinon tifliha iktar mill-viċin; ta’ bniedma tas-sengħa li kienet, ma damitx ma ntebħet bit-timbru tal-ġojjellier fuq in...

KAPITLU 3 – SIGRIETI FAMILJARI (It-Tieni Parti)

KAPITLU 3 - SIGRIETI FAMILJARI (It-Tieni Parti) Majsu kemmex xufftejh. “Sewwa wisq – jidhirli li ħaqqek xi ħaġa talli pperikolajt ħajtek għalija wara kollox, kif ftehemna. Jiena ta’ kelmti – isir kif konna tkellimna fil-Qattusa Għaġġelija. Ħabat iżda illi l-kollega jirrisjedi ġewwa Burgo stess, u bħalissa nixtieq inżomm id-distanza minn hemm, għallinqas sakemm jgħaddi l-paniku li ser jinħoloq hekk kif isibu lill-għassies mejjet. Min-naħa l-oħra, issa li Razil ħalliena, postu fil-Ballottra l-Ħamra huwa vakanti – xi tgħid kieku tidħollu inti? Tkun l-id il-leminija tiegħi u naqsmu kollox bħall-aħwa.” Reinon ma kienx ċuċ sa barra, u wara ftit kalkoli mentali qallu li kien jippreferi jikkonkludu dil-biċċa tal-ġiżirana qabel jagħtih risposta definittiva. Għal żewġ raġunijiet – biex jeħles mill-ġojjellerija misruqa, u fl-istess waqt ried jara b’ għajnejh jekk Majsu verament kellux il-kuntatti jew kienx sempliċiment qed jagħmel karriera jqarraq bin-nies. “Allura ma taf lil ħadd iktar li jista’...